Wara s-suċċess tal-Malta K1 Kickboxing Nationals 2024 li saru fi tmiem il-ġimgħa f’Monte Kristo Hal Farrug, il-Malta Kickboxing Association issa se tifforma t-tim nazzjonali Malti tal-kickboxing, li se jikkompeti f’Ottubru li ġej ISKA (International Sports Karate & Kickboxing Association) champions fi Vjenna.
L-Assoċjazzjoni tal-Malta Kickboxing se tifforma t-tim nazzjonali Malti wara serata mill-aqwa ta’ ġlied eċċitanti fost ġellieda minn ħdax-il klabb lokali differenti tal-kickboxing, f`diversi kategoriji u gruppi ta’ etajiet differenti.
Tmienja u għoxrin ġellied li rebħu l-kategoriji rispettivi tagħhom se jiffurmaw l-iskwadra nazzjonali Malti.
L-ismijiet tal-ġellieda huma kif ġej:
Subien junior minn 6 sa 11-il sena: • Jake Azzopardi (-40kg)
Subien junior minn 12 sa 14-il sena: • Josip Bosnjak (-40kg) • Isaac Bugeja (-45kg) • Esequiel Seychell (-35kg) • Liron muscat (-65kg) • Cain Xavier Chetcuti (-40kg)
Bniet junior minn 12 sa 14-il sena: • Dana Cassar (-50kg)
Subien Junior minn 15 sa 17-il sena: • Jake Gomez (75kg+) • Jaydee Cassar (-70kg) • Skyler Bezzina (-60kg) • Victor Galea (-50kg)
Junior girls 15 to 17- il sena: • Samantha Portelli (-60kg)
Irġiel 18+: • Logan Galea (-60kg) • Rifat Bostan (-65kg) • Teodore Sammut (-70kg) • Toraino singleton (-80kg) • Milivoje Bajic (-85kg) • Borko Stanjocic (-75kg) • Jesred Piscopo (-70kg) • Ryan Cachia (-65kg) • Danzel Azzopardi (-60kg)
Nisa 18+: • Caley Fourie (-50kg) • Finial Liebe (-55kg) • Leanne Magro (-60kg) • Ahweafa Garenne (-50kg) • Celeste Galea (-65kg)
Tliet bouts oħra important li kienu skedati għall-avveniment kienu: tnejn għaċ-ċinturini tat-titlu Ewropew ISKA AMA K-1; waħda għan-nisa, mirbuħa mill-ġellieda Maltija Emma Xuereb min Team Noel club Malta kontra Harnafi minn Team France, u waħda għall-irġiel, mirbuħa minn Faris Luković minn Team Malta kontra Joseph minn Team UK.
Barra minn hekk, l-aħħar bout kienet għaċ-ċinturin tat-titlu WBC Mediterranean AMA, mirbuħa wkoll mill-ġellied lokali min Team Noel club Malta ADAM Lamouz kontra Luigi Merenda minn Team Italy.
Għall-avveniment speċjali ta’ dan il-livell għoli, l-MKBA stieden lis-Sur Paul Hennesey, il-president ta’ ISKA Europe, biex jippreżenta ż-żewġ titli ISKA, kif ukoll lis-Sur Lluis Llorett, superviżur tal-World Boxing Council (WBC), biex jippreżenta l-WBC Mediterranean AMA Muay Tai Title Belt.
Fl-aħħarnett, is-Sur Paul Nicholls, Direttur tar-Regoli Ewropej tal-ISKA, ġie mistieden ukoll biex jissorvelja l-proċess kollu tal-judging u refereeing matul l-avveniment kollu.
Issa li huma magħrufa l-ġellieda Maltin, immexxija mill-kumitat tal-MKBA, flimkien mal-kowċis u l-President is-Sur Isaac Chetcuti it-tim Malti se jibda sensiela ta’ training camps.
L-għan primarju ta’ dawn il-kampijiet, li se jsiru f’ambjent sportiv kompetittiv, huwa li jgħinu lill-ġellieda jtejbu l- ħiliet u t-tattiċi tagħhom biex ikunu jistgħu jegħlbu lill-avversarji tagħhom u jiksbu l-aħjar riżultati possibbli għalihom infushom u għan-nazzjon Malti.
Fl-aħħar nett, il-kumitat tal-MKBA u l-President is-Sur Chetcuti jixtiequ jirringrazzjaw lill-Gladiators Promotions għall-għajnuna imprezzabbli tagħhom fl-organizzazzjoni ta’ avveniment daqshekk kbir. Ħajr ukoll lill-ħaddiema kollha li pparteċipaw waqt l-attività, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas, lill-udjenza sabiħa li attendiet sabiex appoġġaw lill-ġellieda tagħhom.