Is-Sibt filgħodu, madwar 100 tifel u tifla imlew il-Malta Judo National Dojo. Taħt it-tmexxija tas-Sensei Gaetano Scerri, flimkien ma’ rappreżentanti mill-klabbs kollha, dawn it-tfal urew ftit mill-ħiliet tagħhom mill-FUNdamentals tal-Judo tagħhom. Fi tmiem l-attività, ilkoll ġew ippreżentati b’midalja ta’ parteċipazzjoni.
Wara s-sessjoni tat-tfal, il-Fundatur tal-Judo Malti Joseph Caruana, iz-Zuzu, flimkien mal-President Envic Galea, ipprezentaw ic-certifikati lic-cinturini suwed il-godda u gradi ohra tad-DAN li dan l-ahhar kellhom l-ezamijiet. Din il-preżentazzjoni kienet segwita mill-preżentazzjoni taċ-ċertifikati tal-gradazzjoni lill-judoka li ggradaw fix-xhur li għaddew.
Imbagħad wasal iż-żmien li l-judoka minn 12-il sena ‘l fuq ħa t-tapit biex jistabbilixxi ċ-champions nazzjonali tal-2023. Dawn li ġejjin kienu ċ-champions, b’mill-inqas rebħa waħda:
SENIOR FEMALE
-52kgs: Katryna Esposito (Tigne Judo Club)
-57kgs: Marouska Montebello (Tigne Judo Club)
-70kgs: Francesca Catania (Tigne Judo Club)
SENIOR MALE
-60kgs: Sadek Khalaf (Malta Judo Academy – Pembroke)
-66kgs: James Zahra (Malta Judo Academy – Pembroke)
-73kgs: Gorjan Jordanovski (Malta Judo Academy – Pembroke)
-81kgs: Kris Samuel Bartolo (Tigne Judo Club)
-100kgs: Valerian Ogbaidze (Malta Judo Academy – Pembroke)
U21 FEMALE
-52kgs: Kirsty Cauchi (Tigne Judo Club)
U21 MALE
-81kgs: Kris Samuel Bartolo (Tigne Judo Club)
U18 FEMALE
-52kgs: Anna Honak (Malta Judo Academy – Pembroke)
U18 MALE
60kgs: Sadek Khalaf (Malta Judo Academy – Pembroke)
U15 FEMALE
-52kgs: Chloe Marie Giles (Kamikwai Judo Club)
U15 MALE
-38kgs: Jack Calleja (Malta Judo Academy – Mellieha)
-46kgs: Xavier Shamrock (Kamikwai Judo Club)
-50kgs: Ari Olson (Malta Judo Academy – Pembroke)
Ringrazzjament speċjali jmur lir-referees u lill-uffiċjali li għamlu dan l-avveniment possibbli.
Il-kompetizzjoni li jmiss hija skedata għal April.