Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saru l-Kampjonati Nazzjonali tal-Judo, il-ġurnata fil-Malta Judo National Dojo bdiet bid-draguni ċkejknin tagħna jinġabru fuq it-tatami. Madwar 100 judoka ta’ bejn 3 u 11-il sena, ingħaqdu ma’ wħud mill-kowċis fuq it-tatami u wrew il-ħiliet tagħhom fil-judo waqt festival ta’ 90 minuta. Dan il-festival huwa prekursur għall-kompetizzjonijiet tal-judo li huwa miftuħ għal tfal minn 12-il sena. Is-sena d-dieħla, uħud mill-klabbs qed jiftħu wkoll għal-lezzjonijiet tal-ġenituri u t-tfal żgħar, li jibdew minn tfal ta’ sentejn. Dawk interessati jistgħu jikkuntattjaw lill-Malta Judo Federation u dawn jidderiġu lil dawk interessati lejn l-eqreb klabb.
Il-ġurnata kompliet bil-kategoriji Espoir għal dawk minn 12-il sena ‘l fuq. Dan il-grupp ta’ età huwa ta’ interess partikolari għat-tim tekniku peress li dawn huma l-atleti li eventwalment se jkunu ċ-champions futuri tagħna. Iċ-Champions Nazzjonali f’din il-kategorija ta’ età kienu:
Arnaudez Alicia u Arnaudez Isabella minn Tigne Judo Club; Camilleri Kyle minn Kinsu Judo Club; Mintoff Miguel, Ibnass Samy u Khalaf Hadi mill-Malta Judo Academy; u Sharrock Xavier minn Kamikwai Judo Club.
Il-punt li jmiss fuq l-aġenda tal-ġurnata kienu l-kategoriji kadetti, junior u senior. Dawn il-kampjonati kienu ta’ interess speċjali hekk kif xi ismijiet minn timijiet nazzjonali preċedenti, bħal Spiteri Cormack, ġew lura biex jikkompetu. Xi elementi bħal Zerafa Thomas u Grech Alec urew judo eċċezzjonali u taw loghbiet eżiltanti, anke jekk ma rnexxilhomx jirbħu t-titli. Il-membru tat-tim nazzjonali Khalaf Sadek ma kienx ikkontestat fil-kategorija tiegħu u kkompeta fis-66kgs, u kiseb it-2 post.
Ir-rebbieħa fil-kategoriji kadetti, junior u senior kienu: Mifsud Borg Aisha, Stojanovic Aleksa u Jordanosvki Gorjan mill-Malta Judo Academy; Max Marie u Aufieri Francesco minn Kinsu Judo Club; u Catania Francesca minn Tigne Judo Club.
Grazzi speċjali lir-referees, lit-tabib, u lill-voluntiera li għamlu dan l-avveniment possibbli.