Nhar is-Sibt 23 ta’ April, ġew organizzati l-kampjonati anwali ‘Open’ tal-Weightlifting fi ħdan l- Għaqda Maltija tal-Weightlifting, fejn l-ogħla titli intrebħu minn Tenishia Thornton u Shaun Ciantar. Il-klassi femminili kienet iddominata minn Tenishia Thornton, li għal darba kompliet tikser iktar rekords nazzjonali u kif ukoll tejbet ir-riżultati personali tagħha. Thornton għalqet il-kompetizzjoni b’refgħa ta’ 79kg fis-Snatch u 98kg fil-Clean & Jerk. B’dan ir-riżultat hi spiċċat fil-quċċata tal-kategoriji U17, U20 u kif ukoll fis-sezzjoni tas-Seniors, fejn irnexxielha tikseb 248 punt, dan kollu fl-eta’ ta’ 16-il sena biss.
Atleta oħra li spikkat f’dawn il-kampjonati kienet Kim Camilleri Lagana li għalkemm għad għandha biss 13-il sena, irnexxiela tirbaħ il-kategorija U15 u kompliet issewgi fir-ranking lil Thornton fil-kategoriji l-oħrajn kollha, inkluża dik Senior, fejn spiċċat fit-tieni post. Camilleri Lagana għalqet il-kompetizzjoni b’48kg fis-Snatch u 63kg fil-Clean & Jerk għal total ta’ 198 punt. Elisia Scicluna kisbet it-tielet post fil-kategorija senior bir-regħat 75kg fis-Snatch u 98kg fil-Clean & Jerk, u b’total ta’ 183 punt.
Nistgħu ngħidu li l-klassi femminili provdiet wirja spettakolari f’dawn il-kampjonati, dan għaliex kien hemm atleti oħrajn li spikkaw ukoll bil-prestazzjoni tagħhom. Aaliyah Gatt kisbet riżultati ferm tajba fejn refgħet 43kg fis-Snatch u 60kg fil-Clean & Jerk għal total ta’ 178 punt biex kisbet it-tieni post fil-kategorija U15. Kaya Curmi Inguanez kisbet it-tielet post f’din il-kategorija b’total ta’ 153 punt.
Fis-sezzjoni maskili, l-ogħla titlu mar għand Shaun Ciantar (ritratt fuq) bir-refgħat ta’ 112kg Snatch u 130kg Clean & Jerk fil-kategorija 81kg. B’dawn ir-refgħat Ciantar kiseb 297 punt, 4 punti iktar mil-avversarju tiegħu Anton Micallef li spiċċa fit-tieni post. Micallef kiseb 293 punt bir-regħat ta’ 110kg fis-Snatch u 137kg fil-Clean & Jerk. Vlad Baldacchino irnexxielu jikseb it-tielet post, fejn għalkemm għadu qed jirkupra minn injury irneixxielu jiksebt 282 punt
L-atleta żagħżugħ u student tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport Ryle Borg kellu prestazzjoni eċċellenti f’dawn il-kampjonati. Borg kompla itejjeb ir-rizultati personali tiegħu bir-refgħat ta’ 97kg Snatch u 118kg Clean & Jerks. B’dan ir-riżultat Rylee Borg kompla jikser iktar rekords nazzjonali u rnexxielu jikseb kwalifikazzjoni biex jikkompeti fil-Kampjonati Ewropej U-20. Madankollu Rylee Borg irnexxielu wkoll jirbaħ il-kategoriji U17 u U20 b’total ta 277 punt.
Nathan Mifsud li ukoll jattendi l-Iskola Nazzjonali tal-Isport rebaħ il-kategorija għal-Kadetti bir-refgħat 34kg Snatch, 48kg Clean & Jerk u total ta’ 159 punt.
L-atleta Tenishia Thornton u l-kowċ tat-tim nazzjonali Jesmond Caruana se jkunu qed iħallu xtutna fi tmiem din il-Ġimgħa għall-kampjonati mondjali Junior. Thornton se tkun qed tikkompeti fil-kategorija 55kg u ser tkun l-unika atleta Maltija