Saru l-ewwel funerali ta’ ħames turisti Arġentinjani maqtula fl-attakk ta’ bħal lum ġimgħa fi New York saru f’Rosario.
Huma kienu parti minn grupp ta’ għaxart iħbieb li vvjaġġaw lejn l-Istati Uniti biex jiċċelebraw it-tletin anniversarju mill-gradwazzjoni tagħhom mill-kulleġġ.
B’kollox f’dan l-attakk inqatlu tmien persuni.
Dan wara li l-immigrant Sayfullo Saipov saq it-trakk tiegħu fil-kareġġjata għaċ-ċiklisti f’Lower Manhattan.
Il-vittmi l-oħra kienu ċittadin Belġjan u zewġ Amerikani.