Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela laqa’ grupp ta’ tliet diplomatiċi u żewġ ħaddiema tal-protezzjoni ċivili mill-Palestina li bħalissa qegħdin f’Malta għal taħriġ maħsub biex jippromwovi t-tisħiħ tal-kapaċità tal-amministrazzjoni Palestinjana.
Din hija l-ewwel darba li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ qed jikkontribwixxi għal korsijiet ta’ taħriġ għal ħaddiema taċ-ċivil Palestinjani fl-Ingliż u fil-protezzjoni ċivili, f’koperazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Jakkumpanja lill-istudenti kien hemm ix-chargé d’affaires tal-Ambaxxata Palestinjana f’Malta Fadi Hanania.