Ilbieraħ ittellgħet l-ewwel semi-finali tal-Eurovision Song Contest li qed isir fl-Arena ta’ Malmö fl-Iżvezja.
Dan hekk kif mill-ewwel semi-finali ġew magħżula għaxar pajjiżi li għamluha għall-finali ta’ nhar is-Sibt.
Fost il-pajjiżi nsibu s-Serbja, il-Portugall, l-Islovenja, l-Ukrajna, il-Litwanja, il-Finlandja, Ċipru, il-Kroazja, il-Lussemburgu u l-Irlanda.
Malta se tkun qed tieħu sehem fit-tieni semi-finali li se tittelgħa nhar il-Ħamis bil-kantanta Għawdxija Sarah Bonnici mistennija toffri spettaklu mill-isbaħ bil-kanzunetta ‘Loop’.