Il-Ħadd 2 ta’ April, Island Car Club organizza l-ewwel round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb fl-Imtahleb, limiti tar-Rabat.
Joseph Caruana kien l-aktar sewwieq veloċi tal-ġurnata u rebaħ it-trofew mħejji għal dan il-għan. Caruana kien segwit minn Terence Vella u Domenic Zammit.
Gabriel Sammut kien l-aktar veloċi fuq karozza front-wheel drive, filwaqt li Lucas Pace rebaħ it-trofew għall-klassi rear-wheel drive kif ukoll il-klassi għal-karozzi klassiċi. Konrad Abela rebaħ il-klassi għall-karozzi tat-triq, filwaqt li għal darb’oħra, Stephanie Calleja kienet l-iktar sewwieqa femminili veloċi. Silvio Sciberras kien l-iktar sewwieq veloċi ta’ aktar minn 60 sena, u Isaac Burlo kien l-iktar veloċi taħt il-25 sena.
Il-kampjonat qed ikun sponsorjat minn Enemed, MeDirect Bank Malta, England Insurance, u The Point.