Sar l-ewwel Mediterranean Business Networking Forum, fejn il-Ministru Chris Cardona qal li l-Mediterran bħalissa għaddej minn perjodu diffiċli ħafna. Iċ-ċirkostanzi mhumiex faċli, bi gwerer, terroriżmu, irvellijiet, problemi ekonomiċi, migrazzjoni u vacuums fejn jidħol min jikmanda. Infatti l-Italja għadha kemm għaddiet minn referendum storiku u nistgħu biss nistennew u naraw dak li se jiġri.
F’dan id-dawl, mexxejja u negozjanti madwar il-Mediterran iridu jieħdu deċiżjonijiet kuraġġużi. Teħtieġ viżjoni komuni u rieda għal ħidma konġunta.
Minkejja li sar progress f’diversi oqsma ekonomiċi, l-integrazzjoni ekonomika tibqa’ baxxa u n-negozji bejn pajjiżi Mediterranji jibqa’ inqas minn kemm għandu potenzjal. Il-Ministru tkellem dwar l-importanza tal-integrazzjoni tan-nofsinhar tal-Mediterran. Ikkongratula lil-Libja Africa Investment Portfolio u l-Kamra tal-Kummerċ Libjana-Maltija għall-isforzi li qed jagħmlu.
Awgura li jsir networking, li jesprimu kurżità, jistaqsu u jesploraw opportunitajiet ġodda.