Fl-Istati Uniti sar l-ewwel u possibilment l-aħħar dibattitu bejn l-eks President Donald Trump u l-Viċi President attwali Kamala Harris, fit-tellieqa għall-elezzjoni Presidenzjali tal-5 ta’ Novembru li ġej.
F’siegħa u nofs, iż-żewġ kandidati għall-White House ddibattew dwar l-ekonomija, fejn Trump semma li taħtu pajjiżu kien fil-ġid, waqt li Harris qalet li l-eks President m’għandu l-ebda pjan.
Huma ddibattew ukoll dwar l-immigrazzjoni u anki l-abort, iżda mbagħad id-dibattitu kien iddominat minn attakki personali.
Donald Trump sostna li Harris hija kandidat tal-lemin estrem, hekk kif se tkompli bil-politika tal-fruntiera miftuħa għal kuħadd, waqt li tneħħi d-dritt li wieħed ikollu l-armi personali.
Trump qabbilha mal-President attwali Joe Biden, li Harris hi l-Viċi President tiegħu.
Dan filwaqt li Harris sejħet lil Trump bħala diżgrazzjat.
Wara d-dibattitu, opinjonisti fuq l-istazzjon konservattiv Fox News innotaw li Harris ħalliet lil Trump fi stat aġitat.
Dan filwaqt li l-kantanta internazzjonali Taylor Swift uriet l-appoġġ tagħha lil Kamala Harris.