Xjentisti Brittaniċi għamlu l-ewwel avvanz fid-dijanjosi tat-tuberkulosi.
Riċerkaturi f’Oxford u f’Birmingham qed jgħidu li jistgħu jiżolaw tipi differenti tal-mard permezz ta’ proċess imsejjaħ jew magħruf bħala sekwenzi tal-‘genes’
Dan ifisser li pazjenti li kellhom jistennew xhur biex jiksbu l-mediċini adattati, issa tista’ ssirilhom dijanjosi fi ftit jiem sabiex ikollhom ċans akbar ta’ rkupru.
Is-segretarju għas-saħħa Jeremy Hunt qal li dan l-avvanz “se jsalva l-ħajjiet”.
Każijiet ta’ TB fir-Renju Unit bdew jinżlu b’mod drastiku reċentement, iżda l-Ingilterra xorta għandha waħda mill-ogħla rati ta’ tuberkulosi fl-Ewropa.
Ix-xjentisti li għamlu l-iskoperta jgħidu li l-proċess jippermettilhom li jiddentifikaw DNA ta’ kampjuni differenti fl ftit aktar minn ġimgħa.
Id-dijanjosi tista’ tfisser ukoll li jnaqqas l-opportunitajiet li l-infezzjoni tinfirex.