Dalgħodu, fit-tieni jum tal-ġuri ta’ Anthony Bugeja ta’ 55 sena u Piero Di Bartolo ta’ 49 sena sar l-aċċess f’Marsaxlokk.
Dan hekk kif il-ġurati ngħataw spjegazzjoni tas-sekwenza tal-fatti ħdejn it-Torri ta’ San Luċjan u fi Triq Osiris – fejn seħħ allegatament l-omiċidju fl-10 ta’ Ottubru tal-2005.
Preżenti fl-aċċess kien hemm iż-żewġ akkużati mdawrin mill-uffiċjali korrettivi tal-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin u anki uffiċjali tal-Pulizija.
Il-katavru tal-vittma baqa’ qatt ma nstab, wara li ż-żewġ sajjieda allegatament qatlu lil vittma u ħelsu mill-katavru tiegħu fil-baħar. Dan minkejja t-tfittxijiet li saru madwar il-kosta minn Birżebbuġa sa San Pawl il-Baħar.