Is-Sibt filgħodu sar l-aċċess f’numru ta’ postijiet b’rabta mad-delitt ta’ Brandon Pace, “il-Galalli” li kien seħħ nhar it-2 t’April tal-2017 fi Triq Giovanni Barbara fil-Ħamrun.
L-avukati u l-imħallef, flimkien mal-akkużati u l-ġurati waslu l-ewwel fi Triq Is-Serkin fil-Marsa, fejn allegatement beda argument, sussegwentament, marru f’Tal-Pietà fejn l-akkużati remew iż-żewġ skieken li intużaw biex taw ħames daqqiet lill-Brandon Pace fi sprall.
Wara, il-ġurija marru fuq il-post tad-delitt fejn setgħu jinnotaw id-dinamika tal-każ u biex jkunu jistgħu jagħmlu deċiżżjoni infurmata.
Dan hekk kif nhar it-Tnejn li għadda, quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, beda l-ġuri b’rabta ma’ dan l-istess delitt.
Huma Joseph Grech ta’ 61 sena u ibnu Kurt ta’ 31 sena, magħruf bħala “n-Nemes”, qed jiffaċċjaw seba’ akkużi kontrihom dwar il-qtil ta’ Brandon Pace, li kien magħruf bħala “l-Galalli”, inkluż theddid u pussess t’armi.
Il-vittma kien inqatel f’appartament waqt allegat argument ma’ Kurt Grech wara li s-sieħba tiegħu kienet qed tiġġieled mal-akkużat fuq it-tifel komuni li għandhom.
Meta waslu fuq il-post, il-Pulizija kienu sabu lil Brandon Pace f’għadira demm.