Il-Ħadd, 9 ta’ Marzu, Island Car Club Malta organizza t-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb fil-Girgenti. Ħadu sehem 58 karozza, li jirrappreżentaw era u tipi differenti ta’ vetturi.
Is-sewwieq veteran Mark Micallef, b’ħin notevoli ta’ 33.908 sekondi, ħareġ bħala l-iktar sewwieq veloċi f’dan ir-rawnd, segwit mill-qrib miċ-champion nazzjonali attwali Christian Azzopardi b’34.318 sekondi, u Domenic Zammit, li għamel ħin ta’ 37.168 sekondi.
Joseph Calleja kien l-aktar veloċi fost il-vetturi four-wheel drive, Noel Galea kien l-aktar veloċi b’vettura rear-wheel drive, Gabriel Sammut l-aktar veloċi fil-klassi front wheel drive, Roberto Gauci kien l-aktar veloċi f’karozza klassika, u Josef Calleja kien l-aktar veloċi f’karozza street legal.
Martina Caruana kienet l-iktar kompetitur femminili veloċi tal-ġurnata, filwaqt li David Grech kien l-iktar sewwieq veloċi li għandu 60 sena, Kyles Agius l-aktar kompetitur veloċi taħt il-25 sena, u Josef Abela kien l-iktar kompetitur veloci fil-guest class.
Enemed, Transport Malta, England Insurance, MeDirect Bank Malta, u The Point huma l-isponsors ġenerużi tal-kampjonat. Waqt l-attvita l-organizzaturi ħadu wkoll l-inizjattiva li jiġbru fondi għal Puttinu Cares.
