Il-Ħadd 14 ta’ April, Island Car Club organizza t-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb għal din is-sena fil-Girgenti, il-limiti tas-Siġġiewi.
Ir-rebbieħ ta’ dan ir-rawnd huwa Christian Azzopardi segwit minn Terence Vella u Jean Vella. Noel Galea kien l-aktar sewwieq veloċi fuq karozza rea wheel drive, Didier Bugeja fuq karozza front wheel drive, Joseph Calleja kien l-iktar veloċi fuq karozza four wheel drive u street legal, Isaac Burlo l-iktar veloċi fuq karozza klassika, Martina Caruana l-iktar mara veloċi, David Grech kien l-aktar sewwieq veloċi ta’ aktar minn 60 sena, Nicholas Micallef l-iktar sewwieq veloċi taħt il-25 sena, u Craig Pace l-iktar guest veloċi.
L-attività saret bl-appoġġ tal-Enemed, MeDirect Bank Malta, England Insurance, The Point Malta u sponsors oħra.
Ir-rawnd li jmiss huwa skedat għat-28 ta’ April, fil-Baħrija.


