Il-Gozo Motorcross Association organizzat it-tielet rawnd mill-Gozo Motocross Championship 2023-fuelledbyEnemed. Il-kompetizzjonijiet bdew fis-1pm.
Fi klassi A, is-sewwieq Bernard Sammut beda fuq nota tajba ħafna fi tliet “heats”. Għaldaqstant huwa rnexxielu jispiċċa fl-ewwel post segwit minn Mario Cauchi. Warajhom daħal Steve Xuereb.
Fill-kategorija B Robert Spiteri spiċċa fl-ewwel post filwaqt li fi klassi Ċ ukoll segwejna tlielaq interessanti ferm. David Mercieca jinsab quddiem nett fil-klassifika ta’ din il-klassi filwaqt li warajh daħal Mark Camilleri. Fit-tielet post insibu lil Matthew Buttigieg.
Neil Azzopardi rebaħ l-ewwel post fi klassi D. Huwa kien segwit miż-żagħżugħ Antoni Said. Il-juniors Craig Piscopo u Trystn Theuma nghataw trofew ta’ partecipazzjoni minn Sports Experience, Trophies and Awards.
Is-sur Anthony Fenech, minn ‘Service with a smile on time’ qassam trofej sponsorjati minnu lir-rebbieħa ta’ kull klassi filwaqt li ngabru l-punti tal-kampjonat 2023.
Gozo Motocross Association tavża li r-raba’ rawnd ta’ dan il-kampjonat issir nhar il-Ħadd 12 ta’ Marzu 2023 fit-trekk Ta’ Xħajma. L-attivita’ tibda fis-1pm.
L-għaqda kontinwament tħeġġeġ aktar sewwieqa, speċjalment tfal u żagħżagħ adoloxxenti ħalli jippartiċipaw f’dan l-isport.
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jżur il-paġna ta’ facebook fuq – https://www.facebook.com/gmagozo/ .