Bejn il-Ġimgħa, 6 u l-Ħadd 8 ta’ Ottubru, il-Malta Drag Racing Association organizzat it-3 round tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drag Racing fit-trakka ta Ħal Far.
Owen Cremona rebaħ il-bracket bejn 12 u 12.49 sekonda, filwaqt li Warren Gauci rebaħ il-11.50 u 11.99 sekonda, segwit minn Malcolm Borg. Matthew Grech segwa lil Nickovich Chircop fil-bracket ta’ 11 sa 11.49 sekonda, filwaqt li Chris Mercieca rebaħ il-bracket bejn l-10.50 sa 10.99 sekonda. Johann Camilleri rebaħ l-10 to 10.49 sekonda, u ġie segwit minn Ludovico Ferte. Christian Azzopardi u Clayton Johnson spiċċaw l-ewwel u t-tieni fid-9.50 sa 9.99 sekonda, rispettivament. Karl Mifsud rebaħ id-9 sa 9.49 sekonda, u Dennis Desira rebaħ is-7.50 sa 7.99 sekonda.
Kevin Gauci rebaħ il-klassi Index 1, Stuart Crane rebaħ it-Top Fuel Class tal-muturi, u Simon Giordmaina rebaħ kemm il-Klassi SS1 kif ukoll Open Class tal-muturi. Karl Mifsud, Lewis Vella u Anthony Vella rebħu l-Open Class 1, Open Class 2 u CA6 Klassi, rispettivament. Clayton Johnson rebaħ il-Klassi Open Wheel Drive, Ismael Mula Debono rebaħ il-Klassi Junior Dragster, u Clive Cutajar rebaħ il-Klassi Open Diesel.
Nathan Bartolo rebaħ il-Klassi D4 u DTA 4, u John Martin u Mario Borg rebħu l-Klassi D5 u D6. Mariano Ciantar u Christian Pace rebħu l-Escort Class 2 u Class 3. Mario Borg rebaħ il-Klassi Open 6, filwaqt li Clive Cutajar kellu l-aħjar ħin fuq id-dawl tat-tluq.
Il-Malta Drag Racing Association qed tipprepara għall-finali tal-kampjonat bejn it 23 u 26 ta Novembru.