Is-Sibt 30 t’April u Ħadd l-1 ta Mejju, ġewwa trakka tal-gokarts La Reve f’Hal Far sar it-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting.
Fil jum tas-Sibt, Ayrton Tonna fuq kart numru 12 rebaħ il-klassi Entry Level. Tonna kien segwit minn Cody Darmanin u Alex Vassallo.
Mason Barun fuq kart numru 609 rebaħ il-klassi Mini 60cc. Barun kien segwit minn Daniel Abela u Zack Scicluna.
Zane Pace fuq kart numru 10 rebaħ il-klassi Rotax Micro Max. Pace kien segwit Jessica Calleja u Nathan Fenech.
Luca Tanti fuq Kart numru 29 rebaħ il-klassi Iame X30 Mini. Tanti kien segwit minn Benjamin Piscopo u Morgan Tyler Zammit Azzopardi.
Kyle Micallef fuq Kart numru 5 rebaħ il-klassi Iame X30 Junior. Micallef kien segwit minn Kian Gauci u Braydon Cassar.
Fil jum tal-Ħadd, Owen Mangion fuq kart numru 68 rebaħ il-klassi Rotax Max. Mangion kien segwit minn Bernard Vella u Eman Muscat.
Kyle Mercieca fuq kart numru 338 rebaħ il-klassi Iame X30. Mercieca kien segwit minn Andreas Camilleri u Nicky Gauci.
Neville Zammit fuq kart numru 11 rebaħ il-klassi Vortex RokGP Masters. Zammit kien segwit minn Glenn Vassallo u Brandon Agius Zammit.
Lucas Pace fuq kart numru 10 rebaħ il-klassi Vortex RokGP. Pace kien segwit minn Claude Brincat u Kieran Galea.
Ritratti: Lon Joseph Cachia