Bejn is-Sibt 23 u l-Ħadd 24 ta’Lulju, Island Karting Club, Karting Club Malta, u l-Malta Motorsport Federation organizzaw ir-raba’ round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting fit-trakka La Reve f’Ħal Far.
Il-ġurnata għas-sewwieqa iż-żgħar kienet dik tas-Sibt.
Il-Klassi Entry Level intrebħet minn Ayrton Tonna, segwit minn Cody Darmanin.
Il-klassi 60cc intrebħet minn Mason Barun, segwit minn Zack Scicluna.
Il-Klassi GR3 60cc intrebħet minn Daniel Abela, segwit minn Dario Mifsud.
Ir-Rotax Micro Max intrebħet minn Ayrton Tonna, segwit minn Jessica Calleja u Zane Pace.
L-Iame X30 Mini intrebħet minn Benjamin Piscopo, segwit minn Luca Tanti u Morgan Zammit Azzopardi.
L-Iame X30 Junior intrebħet minn Kyle Micallef, segwit minn Kian Gauci u Miguel Grech.
Il-Ħadd, assistejna għal-ħames klassijiet b’sewwieqa ta eta akbar minn tas-Sibt, ir-Rotax Max, Iame X30 Senior, Iame X30 Masters, Vortex RokGP Senior u Vortex RokGP Masters.
Owen Mangion rebaħ il-Klassi Rotax Max, segwit minn Clayton Mizzi u Jake Gauci.
Ryan Borg rebaħ l-Iame X30 Senior, segwit minn Nicky Gauci u Kane Mallia.
Kenneth Vella rebaħ l-Iame X30 Masters, segwit minn Noel Farrugia u Chris Borg.
Micah Scicluna rebaħ il-Vortex RokGP Senior, segwit minn Jamie Mangion u Claude Brincat.
Neville Zammit rebaħ il-Vortex Rok GP Masters, segwit minn Glenn Vassallo u Jeremy Bartolo.
Il-ħames u l-aħħar round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting huwa skedat għas-Sibt u l-Ħadd, 10 u 11 ta’ Settembru, fit-trakka La Reve f’Ħal Far.