Iben Daphne Caruana Galizia, Matthew qal kif ommu kienet qed tagħmel ħafna investigazzjonijiet, fosthom dik dwar l-Electrogas.
Matthew Caruana Galizia qal dan waqt il-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech, hekk kif kien hemm il-kontro-eżami mill-avukati ta’ Fenech.
Qal kif l-informazzjoni dwar l-Electrogas waslet għand ommu fl-2017.
Dawn waslu permezz ta’ files diġitali u qal kif xtraw hard drive sabiex iżommu l-informazzjoni fuqha.
Meta mistoqsi għaliex ħeba l-laptop t’ommu, Matthew Caruana Galizia ċaħad dan.
Matthew Caruana Galizia qal kif huwa ma jiftakarx li kien hemm xi email li hedded lil ommu.
Meta l-Avukat tad-Difiża ta’ Fenech staqsa lil Caruana Galizia jekk ommu kinitx qed tinvestiga lil Jason Azzopardi dwar it-trasferiment tal-art tal-Fekruna, huwa qal li le.
Qal li fin-noti li kitbet ommu u ġew mgħoddija lill-pulizija, qatt ma kien hemm imniżżel Yorgen Fenech.
Matthew Caruana Galizia qal kif is-Supretendent Keith Arnaud huwa eroj, hekk kif iressaq in-nies quddiem il-ġustizzja b’rabta mal-qtil ta’ ommu.
Xehed ukoll Kenneth Camilleri, li kien jaħdem uffiċjal tas-sigurtà f’Kastilja.
Meta mistoqsi jekk kienx jaf lil Melvin Theuma, huwa għażel li ma jweġibx u meta mistoqsi jekk jafx lil Theuma u lill-aħwa Degiorgio, qal li ma jafx.