Fil-ġranet li għaddew, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Isparar bil-Qaws organizzat il-Kampjonat Nazzjonali Indoor f’Pembroke.
Fil-kategorija Compound tal-irġiel, Daniel Schembri ħareġ rebbieħ b’riżultat ta’ 576 punt fir-round ta’ kwalifikazzjoni u 146 punt fir-round finali. Dan ir-riżultat kien l-istess bħar-rekord nazzjonali ta’ qabel. Jeremy Bartolo spiċċa t-tieni b’575 punt fil-kwalifikazzjoni u 143 punt fil-finali. Brian Micallef spiċċa fit-tielet post.
Il-kategorija Compound tan-Nisa intrebħet minn Marianne Buttigieg b’riżultat ta’ 155 punt fir-round ta’ kwalifikazzjoni u 139 punt fir-round finali. Maria Bugeja temmet fit-tieni post u Michelle Abela spiċċat it-tielet.
Ta’ nota wkoll bosta arċiera żgħażagħ. Fost dawn Jacob Buttigieg fil-kategorija Recurve Sub-18 Irġiel, Anne Grima fil-kategorija Recurve Nisa u Zhao Avery fil-kategorija Recurve Sub-18 Nisa.