Il-Ħadd 25 ta Settembru l-Island Car Club Organizza il-ħames rawnd tal-kampjonat Malti tal-Ħillclimb. Għal din it-tellieqa il-club uża triq ġdida fil-limiti tas-Siggiewi, it-telgħa tal-Girgenti.
F’dan ir-rawnd rajna diversi sewwieqa jirbħu il-klassijiet rispettivi tagħhom.
Silvio Sciberras rebaħ il-klassi għas-sewwieqa ta aktar minn 60 sena.
Gabriel Sammut kien l-iktar sewwieq veloċi fuq karozza li tingrana fuq quddiem.
Isaac Decelis l-iktar sewwieq veloċi b’karozza tat-triq.
Kurt Aquilina l-iktar sewwieq veloci fuq karozza li tingrana fuq erba roti.
Lucas Pace rebaħ il-klassi għal karozzi klassiċi.
Isaac Burlo rebaħ il-klassi għal sewwieqa ta taħt il-25 sena.
Stefanie Calleja l-aktar veloċi fost it-tmien sewwieqa femminili.
Filwaqt li Mark Micallef u Terence Vella spiċċaw fit-tielet u t-tieni post fost is-sewwieqa kollha u Hubert Camilleri l-aktar sewwieq veloċi tal-ġurnata, b’hekk rebaħ dan ir-rawnd.