Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet saru f’pajjiżna l-kampjonat tal-Mediterranean Triathlon Federation. Il-komeptizzjoni kienet mifruxa fuq jumejn u laqqgħet f’pajjiżna triatleti minn madwar 17-il pajjiż differenti, kollha membri ta’ din il-federazzjoni. B’kollox ħadu sehem 184 triatleta. Ir-riżultati ewlenin kienu dawn:
Irġiel
- José Gálvez (Spain)
- Lucas Jouin (France)
- Louis Woodgate (Greece)
Nisa
- Noelia Juan (Spain)
- Madalena Almeida (Portugal)
- María Jiménez (Spain)
Apparti l-kompetizzjoni, tlaqqa’ f’Malta wkoll il-kungress tal-istess Federazzjoni tal-Mediterran.
Fost temi li ġew diskussa kien hemm l-introduzzjoni mill-ġdid tal-isport fil-Logħob tal-Mediterran, bl-edizzjoni li jmiss se ssir fl-2026 f’Taranto l-Italja.