Minn tal-inqas disgħa u disgħin persuna mietu u diversi persuni oħra weġġgħu kawża ta’ splużjoni massiva fil-belt kapitali ta’ Sierra Leone, Freetown.
L-isplużjoni seħħet wara li tanker taż-żejt twil tnax -il metru ħabat ma’ trakk fi triq traffikuża.
F’filmati ppubblikati mill-aġenziji tal-aħbarijiet lokali wrew xena makabra b’diversi nies iġsma mixħutin madwar it-tanker.
Madwar mitt persuna qed jingħataw assistenza medika minn diversi sptarijiet u ċentri tas-saħħa fi Freetown.
Rapport partikolari ddeskriva xena li fiha kien karozza tal-linja mimlija nies li nħarqet għal kollox filwaqt li ħwienet fil-viċinanzi sabu ruħhom f’nofs infern meta l-fjuwil spiċċa kesa t-toroq.