Ilbieraħ filgħodu, membri mid-Distrett tal-Belt Valletta, wettqu spezzjonijiet f’binja li tinsab Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.
Hemm instabu ammont ta’ pakketti tas-sigaretti, li moħbija fihom kien hemm sustanzi suspettati li huma raża u ħaxixa tal-kannabis. Fuq il-post instabu ukoll diversi oġġetti relatati mat-traffikar tal-istess sustanzi, fosthom miżien elettroniku.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. N. Camilleri LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.