Casey, kelba tar-razza Border Collie, imxiet ‘l fuq minn 80 kilometru f’temp ta’ xahrejn fl-Ingilterra biex terġa’ tingħaqad ma’ sidha.
Meta sidha kienet qed timxi minn residenza għal’oħra, talbet lil ħabibtha biex iżżommilha lil Casey. Ġara li Casey ħaseb li ġie abbandunat u kien għalekk li ħarab. Wara ġimgħatejn ta’ stennija, sidu ħasebt li Casey tilef ħajtu jew ġie miġbur minn xi ħadd.
Iżda t-tama baqgħet hemm u għalekk iddeċidiet li tibda kampanja fuq is-sit soċjali Facebook biex forsi ssib lil Casey.
Kienu bosta telefonati li sostnew li lemħu lil Casey miexi post jew ieħor iżda ħadd qatt ma ċempel jgħid li rnexxielu jaqbad lil Casey.
Għaddew kważi xahrejn meta sidu Carol Fossett irċeviet telefonata mingħand il-Kunsill tad-Distrett ta’ Newark u Sherwood li nfurmawha li Casey instab f’parkeġġ f’Nottinghamshire.
“Lanqas ridt nemmen x’ħin ċempluli. Għajnejja ntlew bid-dmugħ u kont se ntir bil-ferħ.” qalet sid il-kelb