Sid ta’ karozza nħasad hekk kif mal-windscreen tal-karozza tiegħu sab tiri t’arma tan-nar malli mar biex isuqha.
Il-każ kien irrapurtat għall-ħabta ta’ nofsinhar iżda l-pulizija qed tissuspetta li dan ġara għall-ħabta tal-4.00.
Il-karozza kienet ipparkjata f’Telgħet Birkirkara f’San Ġiljan u hija tal-għamla Toyota Vitz.
Infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-għassa Charmaine Galea li ħatret diversi esperti biex jgħinuha.