Ġuvni li kien għaddej f’Ħal Tarxien lemaħ kontenitur f’ġenb ta’ triq mimli velenu.
Il-velenu jista’ jitqies bħala sustanza perikoluża ħafna b’mod partikolari għall-annimali li jkunu għaddejjin minn hemm. Dan hekk kif jekk jieklu minnu hemm ċans kbir li jitilfu ħajjithom.
F’messaġġ li poġġa fuq il-midja soċjali, il-ġuvni kiteb kif hu malli lemaħ dan il-kontenitur qabad u neħħieh bħala prekwazzjoni iżda poġġa r-ritratti biex iwissi lil min hu fiż-żona sabix joqgħod attent meta joħroġ lill-kelb tiegħu għal xi darba.
Din mhux l-ewwel darba li ntlemaħ il-velenu f’lokalitajiet Maltin hekk kif kien hemm każijiet preċedenti fejn kien hemm min saħansitra sab velenu mħallat ma’ ikel tal-qtates.