Jum il-Missier ma bediex fuq nota tajba għall-Vatikanista Frank Zammit hekk kif sab il-karozza tiegħu vvandalizzata f’Ħal Luqa.
Kien wara li ħalliha pparkjata fi Triq Ħal Tarxien kantuniera ma’ Triq Ċensu Saliba f’Ħal Luqa li sab il-karozza tiegħu b’diversi sinjali ta’ daqqiet ta’ sieq, bl-aerial tar-radju mkisser, il-wiper ta’ wara u kif ukoll il-mera tan-naħa x-xellugija mkissra wkoll.
Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook Frank kiteb li l-akbar tpattija għal min wettaq dan l-att hu li hu jgħidlu li diġà ħafirlu u li se jkompli bil-festa ta’ Jum il-Missier.
Dwar dan il-każ Zammit qal li għamel rapport mal-Pulizija.