Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u s-sieħba tiegħu Carrie Symonds isemmu lil binhom Wilfred Lawrie Nicholas, wara n-nanniet tal-koppja u t-tobba Dr. Nick Price u Dr Nick Hart li ħadu ħsieb saħħet il-Prim Ministru Ingliż meta kien rikoverat fl-isptar minħabba l-coronavirus.
Iċ-ċkejken twieled nhar l-Erbgħa li għadda, ftit ġimgħat wara li Johnson ħareġ mill-kura intesiva.