Numru ta’ sewwieqa tal-muturi jagħtu l-aħħar tislima lil Nick Agius, żagħżugħ ta’ 27 sena, residenti Raħal Ġdid, li tilef ħajtu l-Ħadd filgħaxija wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali. Huma saqu quddiem il-karozza bit-tebut u nġabru quddiem il-Knisja tal-Paroċċa taż-Żejtun fejn se tingħata l-aħħar tislima. Hemmhekk kien hemm għexieren ta’ persuni mbikkma bit-telfa taż-żagħżugħ.
Fil-jiem li għaddew, one.com.mt tkellem ukoll ma’ omm u missier il-vittma fejn esprimew id-diqa tagħhom.