Jum l-Omm huwa żgur mhux forsi huwa ċċelebrat minn bosta biex juru l-apprezzament tagħhom lejn dik il-persuna li tathom il-ħajja.
Iżda din is-sena, dan il-jum ħa xejra differenti għall-aħħar.
one.com.mt seta’ jinnota d-diterminazzjoni ta’ bosta biex iżuru l-għeżież tagħhom minkejja din il-pandemija globali billi libsu maskra u reħewlha lejn iċ-ċimiterju b’bukkett fjuri biex iroddu ħajr lill-ommijiet.
Minħabba l-pandemija bosta kienu kostretti jibqgħu fi djarhom u biex dak li jkun ma jitfa’ lil ħadd f’riskju, il-kuntatt fiżiku din is-sena ma kienx possibbli.
Minkejja l-imxija tal-Coronavirus, in-nies xorta waħda sabu l-ħin sabiex juru l-gratitudni tagħhom lejn ommhom jew permezz ta’ xi post fuq il-midja soċjali jew xi telefonata lil dawk li jinsabu f’residenza u ma jistax ikollhom viżitaturi.