Waqt il-mass meeting tal-lejla tal-Partit Nazzjonalista fuq il-fosos tal-Furjana, il Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario Demarco qal li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jaħdem mingħajr kulur. Iżda l-ewwel kliem li nissel il-Viċi Kap l-ieħor, Beppe Fenech Adami, kienu “ħuti Maltin u Għawdxin Nazzjonalisti.”
Fenech Adami qal li mill-fosos se tibda l-ħidma biex taħt Simon Busuttil, jitneħħa dan il-Gvern. “Kunu lesti ħa tħabbtu l-bibien” saħaq Fenech Adami; “kunu kburin li intom Nazzjonalisti” – filwaqt li waqt il-folla reġa’ feġġ il-barmil jagħmel ir-ronda għal flus. Il-Viċi Kap qal li l-aqwa arma hija Simon Busuttil, u bih se jiġġieldu l-elezzjoni li jmiss.
Iżda qabel tkellem Simon Busuttil, kien hemm pawża mużikali, b’kanzunetta bil-lirika “se naslu”. U jerġa qabel tkellem Busuttil, il-preżentatur kellu jqajjem lil dawk preżenti b’aktar mużika.
Id-diskors ta’ Busuttil kien nieqes għal kollox minn proposti konkreti minkejja li qal li l-Partit Nazzjonalista huwa dak li “se jirbaħ żgur”.
F’konferma li l-Partit Nazzjonalista m’għandu ebda interess iħares il-ġid nazzjonali, il-Kap Simon Busuttil qal li pajjiżna attwalment m’għandux imur għall-Presidenza Ewropea.
Wara li ħalla lill-poplu fin-nofsinhar tal-pajjiż ibati l-konswgenzi tal-aktar żejt li jniġġeż, issa Busuttil iddikjara li jrid ikun it-“tarka” tagħhom.
F’diskors fqir minn ideat, Busuttil stqarr li “jista’ jagħti biss l-onestà”.