“Delitt bil-kimika”
“Ħakkiema ħalliela u qattiela”
U saħansitra tiżżeffen fin-nofs il-Panama! Dawn id-deskrizzjonijiet u xeni makabri jissemmew ġewwa fuljett li qed jitqassam mad-djar. Mhux magħruf min qed iqassam dawn il-fuljetti, għalkemm hemm indirizz tal-email: demokrazija@gmail.com.
L-Awtorità Maltija tal-Mediċini irċiviet applikazzjoni mingħand importatur biex tibda timporta lejn pajjiżna ditta ta’ morning after pill. Il-professur Anthony Scerracino Inglott, ic-Chairperson tal-Awtorità, stqarr li l-importatur ingħata l-parir li jkun prudenti u jistenna li l-Parlament u l-kumitati tagħha jieħdu deċiżjoni dwar il-pożizzjoni tal-Istat. Filwaqt li stqarr li ma jarax il-bżonn għal-liġi kontra l-morning after pill għaliex is-sigurtà u l-kwalità tal-pilloli huma xjentifikament ppruvati, l-Awtorità għandha l-provi kollha biex quddiem il-qorti tippreżenta l-istudji li jxejjnu allegazzjonijiet li l-morning after pill għandha l-effetti ta’ abort.
Iżda l-morning after pill spiċċat issemmiet flimkien mat-terroriżmu u l-ewtanażja f’pastorali li l-isqfijiet ħarġu fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija.
Il-fuljett tqassam f’Għawdex ukoll, u jtemm bi twissija ftit li xejn reltata mas-suġġett.