Cifer u Cindy huma żewġt iħbieb mhux tas-soltu li sidthom qabdithom jittawlu flimkien minn wara l-ħġieġa jsegwu l-maltemp ta’ barra. Il-ħbiberija, li mhix waħda komuni, tixhed proprju f’dan ir-ritratt fejn jidhru qrib xulxin attenti għal x’inhu għaddej.
Minjaf x’kienu qed jgħidu lil xulxin, forsi dwar kif battiet ix-xita u kif issa jistgħu jaraw aħjar.