Qanfud li ħareġ iħuf matul il-lejl spiċċa b’rasu maqbuda f’bott li ntrema barra minn xi persuna jew persuni.
Fortunatament persuna li kienet għaddejja miż-żona lemħet lil dan il-qanfud konfuż u jdur bil-bott f’rasu fejn qabditu u għenitu jaħrab il-mewt.
Dan hekk kif kieku l-qanfud ħadd ma sabu, kien jispiċċa jitlef ħajtu jissielet mal-bott, li kien magħluq, jew imut bil-ġuħ u bil-għatx.
Intant persuna oħra li kienet qed timxi qrib għalqa f’Pembroke, lemħet qanfud ieħor li kellu l-istess destin u li fortunatament salvawh wara li neħħewlu l-bott li weħlet rasu fih.
Iż-żewġt iqniefed nħelsu t-tnejn lura fl-abitat naturali tagħhom.
Intant iż-żewġ persuni li għamlu din is-sejba, appellaw għal aktar kuxjenza dwar rimi ta’ skart u kif filwaqt li jkerrah l-ambjent, hu ta’ detrement għal speċi li jgħixu barra.