Persuni li kienu mexjin fil-Munxar f’Għawdex salvaw kelb li kien marbut f’baskett tal-plastik li kien f’barżakka tal-karti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-paġna tagħhom, l-Animal Welfare ta’ Għawdex sostnew kif ma jistgħux jemmnu kif għad hawn min jasal jagħmel dawn l-atti ta’ moħqrija.
Spjegaw kif fortunatament kienu persuni fiż-żona li sabu lil Gigi, u salvawh minn ħalq il-mewt fejn ċemplulhom kif rawh f’dak l-istat.
Hu nstab f’kundizzjonijiet ħżiena ħafna miżgħud bil-qamel, irqiq u fraġli u kif ukoll anemiku.
Huma appellaw biex jekk hemm xi ħadd li jaf xi ħaġa dwar dan il-kelb u l-każ tiegħu jagħmel kuntatt magħhom.