Persuna armata sakkret lilha nnifisha f’kamra fi sptar tal-kura mentali f’Istanbul, it-Turkija, u qed jhedded li joqtol lilu nnifsu u pazjenti oħra.
Bħala prekawzjoni, ħaddiema u xi pazjenti nħarġu mill-isptar. Il-Midja internazzjonali qed tikkummenta dwwar il-fatt li dan l-inċident qed iseħħ propju fi żmien ta’ tensjoni kbira fit-Turkija, fejn seħħew numru ta’ attakki f’postijiet pubbliċi, l-iktar riċenti fid-diskoteka Reina f’ lejliet l-ewwel tas-sena, li fiha nqatlu 39 persuna.