Se jkun qed isir xogħol ta’ restawr fuq is-swar tal-Furjana li jagħtu għal fuq il-Port il-kbir, wara li nħareġ il-permess meħtieġ mill-Kummisjoni tal-Ippjanar.
Dawn il-fortifikazzjonijiet li kienu ddisinjati mill-inġinier Taljna Pietro Paolo Floriani bejn l-1622 u l-1636, kienu esposti għal deterjorazzjoni kkawżata mir-raxx tal-baħar, ħaxix li kien qed jikber magħhom kif ukoll minn tniġġis ikkawżat minn arja mniġġża.Ix-xogħlijiet se jinkludu restawr estensiv fuq il-ġebla.
Dawn ix-xogħolijiet se jsiru skont metodu approvat minn esperti tar-restawr tal-Awtoritá tal-Ippjanar. Dan huwa metodu li tfassal bl-approvazzjoni tas-Sovraintendenza tal-Wirt Kulturali