Is-suspettat wara l-attakk ta’ Berlin inqatel wara għadd ta’ sparar ta’ tiri bejnu u bejn il-Pulizija f’Milan fl-Italja, sorsi qrib is-sigurtà tal-Italja qed jgħidu. Rapporti inizjali qalu li l-Pulizija tad-Danimarka lemħu raġel li jaqbel mad-deskrizzjoni tas-suspettat fid-Danimarka.
Rapporti fuq siti tal-aħbarijiet tal-Italja qed jirraportaw li raġel inqatel mill-Pulizija wara li ġew sparati diversi tiri miż-żewġ naħat. L-isparatura seħħet qrib stazzjon tal-ferrovija f’Milan wara li r-raġel ġie mwaqqaf mill-Pulizija kmieni dalgħodu. Qed jiġi allegat li r-raġel ħareġ pistola ftit wara li ġie mistoqsi biex juri l-karta tal-identità tiegħu. Hu spara u laqat Pulizija. L-istess raġel, li allegatament kellu biljett għall-ferrovija minn Franza fil-but tiegħu, għajjat “Allahu Akbar”, waqt l-isparatura.