Sayfullo Saipov ta’ disa u għoxrin sena li wettaq l-attakk terroristiku fi New York il-bieraħ t’lura qed jiġi akkuzat mill-prosekuturi Amerikani bi qtil ta’ tmien persuni.
Apparti minn hekk huwa qed jiġi akkużat ukoll li provda materjal u kif ukoll riżorsi lill-grupp Militanti tal-Istat Islamiku.
Bħalissa l-akkużat qed jinżamm fi sptar fejn qed jirċievi l-kura wara li ġie ferut permezz ta’ sparaturi mill-pulizija fuq ix-xena tal-attakk.
Il-Prosekutturi li nterogaw lill-Saipov qalu li hu tkellem u kkopera magħhom.
L-attakk tat-Tlieta wara nofsinhar seħħ f’Lower Manhattan bi trakk, fejn l-aggressur baqa’ dieħel f’ċiklisti u pedestrijani. Sitt persuni mietu fuq il-post u tnejn oħra fl-isptar. Tnax-il persuna ndarbu, b’disa’ minnhom għadhom rikoverati l-isptar.
Min-naħa tiegħu l-President Amerikan Donald Trump qal lir-raġel ħaqqu jingħata il-piena tal-mewt anke jekk kemm il-darba din kienet ġiet aboloxxita mill-Gvern Amerikan.