Christian B, qed jiskonta sentenza ta’ priġunerija fil-Ġermanja, għaliex stupra mara fl-istess reġjun fejn Madeliene McCann ġiet nieqsa, fil-Portugal, fl-2007.
Barra minn hekk, bejn is-sena 2000 u l-2017, l-akkużat wettaq bosta reati sesswali ġewwa l-Portugal.
Minkejja dan, il-Prosekuzzjoni Ġermaniża qalet li dawn l-akkużi m’għandhomx x’jaqsmu mal-każ ta’ McCann.
L-investigaturi jemmnu li Christian B qatel lil Madeleine wara li ħatafha. Minkejja li hu jiċħad kull akkuża b’rabta ma’ dal-każ, il-Pulizija identifikatu bħala suspettat f’ Ġunju tal-2020.
Dawn ir-reati jvarjaw minn stupru sa abbuż sesswali fuq minorenni. Hu nstab ħati wkoll li ffilmja dawn ir-reati.
L-investigazzjoni tal-ħtif ta’ McCann għadha għaddejja.