Il-Partit Laburista permezz ta’ stqarrija qal li jerġa’ jinnota kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, reġa’ qal li s-surplus qed imur fil-bwiet tal-ftit. Dikjarazzjoni ta’ min irid ikun biss negattiv u jinjora l-bidliet pożittivi fis-soċjetà Maltija.
Fost oħrajn is-surplus qed imur;
Għal dawk il-miżuri li wasslu għat-tnaqqis fil-faqar
Għand il-pensjonanti li ħadu żieda fl-pensjoni wara ħafna snin
Għand il-ħaddiema fuq il-paga minima li raw żieda wkoll
Għand dawk l-eluf bi dħul baxx li jikkwalifikaw għal in work benefit
Għand pazjenti ta’ mard kroniku li qed jingħataw iktar mediċini b’xejn
Għand pulizija li se jibdew jitħallsu tal-overtime li ma ħadux fil-passat
Għand ħaddiema li għal snin twal sofrew inġustizzji
Għand il-persuni b’diżabbiltà li qed jgħixu fi djar ġodda fil-komunitajiet u jaħdmu
Għand dawk li jiffrankaw l-eluf ta’ ewro bl-iskema tal-first time buyers
Għal proġetti infrastrutturali
Għal bini ta’ skejjel ġodda
Għal faċilitajiet sportivi ġodda
Il-PL sostna kif il-lista tista’ tibqa’ titwal. Fil-jiem li ġejjin meta pajjiżna jiddiskuti l-baġit il-gvern ikollu opportunità jkompli juri fejn sejjer dan is-surplus li nkiseb l-ewwel darba s-sena li għaddiet wara deċenji bil-pajjiż jitkellem fuq defiċit