Il-Qorti poġġiet taħt att ta’ akkuża lis-Surġent tal-Pulizija Glenn Carabott wara li qalet li tressqu biżżejjed provi kontrih.
Carabott ta’ erbgħin sena mill-Imtarfa jinsab mixli li stupra tfajla meta mar f’darha biex jinvestiga serqa.
L-akkużat talab għall-ħelsien mill-arrest iżda din it-talba ġiet miċħuda.
Ix-xhieda tal-vittma nstemgħet wara bibien magħluqa.
Qabel ix-xhieda tal-vittma, xehed l-Ispettur John Spiteri fejn ppreżenta ktieb, li kien ġie ssekwestrat mill-pulizija meta l-akkużat ġie arrestat.
Qal kif dan il-ktieb jkollu kull uffiċjal u jintuża sabiex jitniżżlu noti relatati mal-każ li jkunu qegħdin jinvestigaw.