Mill-1 ta’ Lulju, is-Sur George Debono beda jokkupa l-kariga ta’ Kap Kummerċjali tal-BNF Bank. F’din il-kariga li se jkun qed jassumi, is-Sur Debono jkun responsabbli mit-tmexxija tad-Dipartiment Kummerċjali tal-BNF, id-Dipartiment għall-Iżvilupp tan-Negozju, it-Teżor u s-Sezzjoni tas-Servizzi Bankarji Internazzjonali.
Is-Sur Debono għandu esperjenza twila, ta’ iktar minn 20 sena fil-qasam bankarju. Matul is-snin huwa kellu bosta rwoli fi-settur finanzjarju. Preċendentament, is-Sur Debono kellu diversi karigi maniġerjali fis-sezzjoni tas-servizzi bankarji personali tal-HSBC, kif ukoll oqsma ta’ servizzi kummerċjali tal-bank.
Fl-2010, is-Sur Debono mexxa t-twaqqif u l-immaniġġjar tal-ewwel Premier Centre tal-HSBC f’Malta. Huwa mexxa wkoll is-Sezzjoni tas-Servizzi Bankarji Internazzjonali tal-Bank, Intrapriżi Żgħar u Medji, kif ukoll okkupa karigi fis-Sezzjoni tal-Proprjetà u Lukandi.
F’kumment li ta wara li ngħata din il-kariga, is-Sur Debono stqarr: “Jiena kuntent li se ningħaqad mal-BNF f’din il-fażi eċitanti għal dan il-Bank li matul is-snin ta prova li huwa bank reżiljenti. L-ambizzjoni tagħna hi li nsostnu l-komunità personali u kummerċjali lokali billi niksbu l-għanijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom.
Is-Sur Debono tenna li l-ambizzjoni tal-bank hi li jkompli jikber. Dan jista’ jsir billi jaqdi lil klijenti tiegħu, bil-għajnuna tat-tim professjonali li jħaddnu l-valuri tal-bank.