Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali Alfred Grixti nħatar membru fuq il-Board of Trustees tal-European Social Network (ESN).
Is-Sur Grixti huwa l-ewwel Malti li qed jifforma parti minn dan il-bord li l-għan tiegħu huwa li jsegwi l-ħidma tat-tim eżekuttiv tal-ESN li nħatar għat-tliet snin li ġejjin.
In-nomina tas-Sur Grixti ġiet approvata t-Tnejn filgħodu waqt laqgħa tal-Governing Council tal-ESN.
L-ESN hija għadqa mhux governattiva li tirrappreżenta aġenziji tal-ħarsien soċjali f’35 pajjjiż madwar l-Ewropa u tiġbor fi ħdanha 140 minn dawn l-aġenziji.
F’kumment li ta wara l-ħatra tiegħu, s-Sur Grixti qal li din hija kisba importanti ħafna kemm għall-Fondazzjoni u kemm u anke għall-pajjiżna.
Huwa sostna li fi żmien ta’ sfidi, is-servizzi soċjali huma l-unika soluzzjoni għal bosta persuni vulnerabbli fis-soċjetà. Qal ukoll li l-Fondazzjoni dejjem kellha rwol kruċjali fis-soċjetà u indirizzat l-isfidi tal-pandemija b’mod mill-aktar effettiv.
Huwa wiegħed li permezz ta’ din il-ħatra se jaħdem id f’id mal-membri kollha tal-Bord tal-ESN bil-għan li l-professjonisti jkomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom għall-benefiċċju u fl-aħjar interess ta’ dawk kollha li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Fondazzjoni.