Il-kumpanija li tmexxi l-operat tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbret li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena għaddew mill-mitjar Malti madwar sitt mija u tlieta u sebgħin elf passiġġier.
Dan jibqa’ inqas sew mill-2019, meta ma kienx hawn pandemija.
Matul ix-xahar li għadda għaddew mill-Ajruport tliet mija u sbatax-il elf passiġġier.
L-aqwa suq għall-Ajruport ta’ Malta matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena, kien dak Taljan b’mija u ħamsa u għoxrin elf passiġġier.
Warajh ġie s-suq mir-Renju Unit bi qrib il-mija u għoxrin elf passiġġier.
Il-kumpanija li tmexxi l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sostniet li hemm erbatax-il pajjiż li neħħew ir-restrizzjonijiet u għandhom titjira diretta lejn Malta.
Mil-lum ukoll min jasal f’pajjiżna ma għandux obbligu jagħmel kwaratina jekk ikollu ċ-ċertifikat tal-vaċċin jew riżultat negattiv għall-Covid-19.