ll-Kannabis Mediċinali fis-suq ewropej, huwa l-ikbar suq fid-dinja li jammonta għal aktar minn ħamsa u tlettin biljun ewro kull sena.
Rapport tal-aġenzija Ewropea tal-Mediċini tkellem fl-isfond li pajjiżna se jilleġiżla dwar il-kannabis mediċinali u semma kif diġa hemm kumpaniji fosthom waħda Kanadiża li nteressata tinvesti f’Malta.
ll-Kannabis Mediċinali fis-suq Ewropew, huwa l-ikbar suq fid-dinja li jammonta għal ħamsa u tletin biljun u seba’ mitt miljun ewro kull sena.
Dan skont rapport reċenti tal-aġenzija ewropea tal-mediċini. “The Marijuana Buisness Daily” irraporta fi sfond li l-parlament Malti se jieħu vot finali dwar il-produzzjoni tal-Kannabis Mediċinali f’Malta, f’Marzu illi ġej.
L-artiklu għamel referenza għall-interess li qiegħda turi l-kumpanija Kanadiża Nuuvera li qiegħda tħares lejn Malta sabiex f’pajjiżna tiftaħ laboratorju flimkien ma’ faċilità tal-kannabis mediċinali.
“The Marijuana Buisness Daily” tkellem ma’ Deepak Anand – uffiċjal għoli fi ħdan aġenzija Kanadiża f’dan il-qasam.
Huwa qal li Malta tista’ tkun sieħeb ta’ kumpaniji li jipproduċu l-Kannabis mediċinali ta’ kumpaniji Kanadiżi li qed juru l-interess li jespandu madwar id-dinja.
Waħda minnhom hija l-kumpanija Nuuvera b’kapital ta’ ftit anqas minn ħamsin miljun dollaru.
Din mistennija tinvesti f’numru ta’ pajjiżi inkluż f’Malta, l-Italja, il-Ġermanja u l-Iżrael.
Sadanittant, ir-rapport għamilha ċara daqs il-kristall li bl-introduzzjoni ta’ din il-liġi f’Malta – l-użu tal-Kannabis għal skop rikreattiv mhux se jkun permessibli.
L-abbozz ta’ liġi dwar il-produzzjoni tal-kannabis mediċinali se jwassal biex Malta tkun minn ta’ quddiem fost il-pajjiz ewropej li jkollha qafas regolat fis-suq u se tkun fost tmienja u għoxrin pajjiz li jipproduċu l-kannabis għal skop mediċinali.