Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tat spjegazzjoni ċara dwar il-miżura li minn għada persuni li għandhom ‘il fuq minn 65 sena, jew huma nisa tqal jew inkella persuni vulnerabli b’mard kroniku jridu jibqgħu ġewwa.
Il-Professur Gauci qalet li jekk hemm persuni jgħixu ma’ dawn il-qraba idealment jibqgħu ġewwa magħhom.
“F’każ li dawn il-persuni jaħdmu idealment isibu arranġament biex jipprovaw jaħdmu bit-teleworking”, spjegat is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika iżda sostniet li f’każ li ma jistax isir mod ieħor dawn huma mitluba li joħorġu mid-dar biss biex imorru għax-xogħol u biex jixtru.
Il-Professur Gauci qalet li jekk dawn il-persuni għandhom residenza alternattiva idealment imorru jgħixu fiha.
Żiedet tgħid li l-leave tal-kwarantina ma japplikax għall-qraba tal-persuni vulnerabbli minħabba li xorta jistgħu jaħdmu.