Tliet persuni baqgħu jinżammu arrestati wara li dalgħodu tressqu l-Qorti mixlija fuq serqa f’appartament fi Pjazza Toni Bajada, in-Naxxar. Din is-serqa ġiet deskritta bħala waħda tal-films wara li s-suppost vittma kienet kompliċi maż-żewġ ħallelin l-oħra.
Vladimir Pajic ta’ 26 sena u Viktor Markovic, Serb ta’ 39 sena ġew arrestati l-Erbgħa filgħaxija u Markovic ġie mixli li allegatament żamm lill-vittma, raġel ta’ 42 sena mill-Olanda, kontra r-rieda tiegħu, li kkawżalu ġrieħi gravi u li kellu arma tan-nar fuq ix-xena tad-delitt.
Milica Kurcubic, Franċiża ta’ 29 sena – is-suppost vittma – ġiet akkużatha li ħolqot it-traċċi ta’ reat b’mod li jistgħu jinbdew proċeduri kriminali sabiex jiżguraw li dak ir-reat kien sar.
L-akkużati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Mid-difiża ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk baqgħu jinżammu taħt arrest fil-Faċilità korrettiva ta’ Kordin.